Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta' Ottubru 2012 - Jurašinović vs Il-Kunsill
(Kawża T-465/09)
["Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Talba għal aċċess għar-rapporti tal-osservaturi tal-Unjoni Ewropea preżenti fil-Kroazja mill-1 sal-31 ta' Awwissu 1995 - Rifjut ta' aċċess - Riskju ta' effett ħażin fuq il-ħarsien tar-relazzjonijiet internazzjonali - Żvelar preċedenti"]
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Ivan Jurašinović (Angers, Franza) (rappreżentanti: M. Jarry, u N. Amara-Lebret, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment C. Fekete u K. Zieleśkiewicz, sussegwentement C. Fekete u J. Herrmann, aġenti)
Suġġett
Prinċipalment, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kunsill, tal-21 ta' Settembru 2009, li tagħti aċċess għal uħud mir-rapporti stabbiliti mill-osservaturi tal-Unjoni Ewropea preżenti fil-Kroazja, fir-reġjun ta' Knin, bejn l-1 u l-31 ta' Awwissu 1995.
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud.
Ivan Jurašinović għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
____________1 - ĠU C 24, 30.01.2010.