Language of document :

Rikors ippreżentat fid-19 ta’ April 2024 – Allsize vs EUIPO - SJoklaedagerdin (North 56-4)

(Kawża T-209/24)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Allsize Company A/S (Aarhus, id-Danimarka) (rappreżentant: M. Hansen, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: SJoklaedagerdin hf. (Garðabaer, l-Islanda)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “North 56-4” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 18 449 355

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Frar 2024 fil-Każ R 1991/2023-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tiċħad it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità kontra t-trade mark tal-Unjoni Ewropea kkontestata.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 60(1)(a) flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________