Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ April 2024 – Corporate & Public Management Consulting International vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-106/24 R)
(“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Kuntratti pubbliċi għal servizzi – Servizzi tekniċi pprovduti insostenn tal-ftehimiet bilaterali UE-Ġeorġja – Talba għal miżuri provviżorji – Nuqqas ta’ fumus boni juris”)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Corporate & Public Management Consulting International OÜ (Tallinn, l-Estonja) (rappreżentant: C. Ginter, avukat)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Romoli u T. Van Noyen, aġenti)
Suġġett
Permezz tat-talba tagħha bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE, ir-rikorrenti essenzjalment titlob, minn naħa, is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ares(2024) 1081885 tat-13 ta’ Frar 2024 dwar is-sejħa għall-offerti NEAR/TBS/2023/EA-RP/0125, intitolata “EU-Georgia European Union Integration, DCFTA implementation and SME Development Facility”, li tiċħad l-offerta tar-rikorrenti bħala inammissibbli u, min-naħa l-oħra, is-sospensjoni tal-iffirmar tal-kuntratti bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-offerenti l-oħra fil-kuntest tal-imsemmija proċedura tal-għoti ta’ kuntratti.
Dispożittiv
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
Id-digriet tat-23 ta’ Frar 2024, Corporate & Public Management Consulting International vs Il-Kummissjoni (T-106/24 R), huwa rrevokat.
L-ispejjeż huma rriżervati.
____________