Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-8 ta’ Diċembru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesgericht für Strafsachen Wien - L-Awstrija) – proċeduri kriminali kontra A et

(Kawża C-584/19) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali – Ordni ta’ investigazzjoni Ewropea – Direttiva 2014/41/UE – Artikolu 1(1) – Artikolu 2(c)(i) u (ii) – Kunċetti ta’ ‘awtorità ġudizzjarja’ u ta’ ‘awtorità ġudizzjarja emittenti’ – Ordni ta’ investigazzjoni Ewropea maħruġa mill-Uffiċċju tal-Prosekutur ta’ Stat Membru – Indipendenza fir-rigward tal-poter eżekuttiv)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesgericht für Strafsachen Wien

Parti fil-proċedura kriminali prinċipali

A et

fil-preżenza ta’: Staatsanwaltschaft Wien

Dispożittiv

L-Artikolu 1(1) u l-Artikolu 2(c) tad-Direttiva 2014/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar l-Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropew f’materji kriminali għandhom jiġu interpretati fis-sens li jaqgħu taħt il-kunċetti ta’ “awtorità ġudizzjarja” u ta’ “awtorità emittenti”, fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, il-prosekutur ta’ Stat Membru jew, b’mod iktar ġenerali, l-Uffiċċju tal-Prosekutur ta’ Stat Membru, indipendentement mir-relazzjoni ta’ subordinazzjoni legali li tista’ teżisti bejn dan il-prosekutur jew dan l-Uffiċċju tal-Prosekutur u l-poter eżekuttiv ta’ dan l-Istat Membru, u mill-espożizzjoni tal-imsemmi prosekutur jew tal-imsemmi Uffiċċju tal-Prosekutur għar-riskju li jiġu suġġetti, direttament jew indirettament, għal ordnijiet jew għal istruzzjonijiet individwali min-naħa ta’ dan il-poter fil-kuntest tal-adozzjoni ta’ ordni ta’ investigazzjoni Ewropea.

____________

1     ĠU C 383, 11.11.2019