Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-10 ta’ Ġunju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof - l-Awstrija) – VI vs KRONE – Verlag Gesellschaft mbH & Co KG

(Kawża C-65/20) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Protezzjoni tal-konsumaturi – Responsabbiltà għal prodotti difettużi – Direttiva 85/374/KEE – Artikolu 2 – Kunċett ta’ “prodott difettuż” – Kopja ta’ gazzetta stampata li fiha parir ineżatt fuq is-saħħa – Esklużjoni mill-kamp ta’ applikazzjoni)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: VI

Konvenut: KRONE – Verlag Gesellschaft mbH & Co KG

Dispożittiv

L-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 85/374/KEE tal-25 ta’ Lulju 1985 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri dwar responabbiltà għall-prodotti difettużi, kif emendata bid-Direttiva 1999/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 1999, moqri fid-dawl tal-Artikolu 1 u tal-Artikolu 6 ta’ din id-direttiva, kif emendata bid-Direttiva 1999/34, għandu jiġi interpretat fis-sens li kopja ta’ gazzetta stampata li, meta tittratta suġġett paramediku, tagħti parir ineżatt fuq is-saħħa dwar l-użu ta’ pjanta, li l-konformità miegħu tikkawża dannu lis-saħħa ta’ qarrej ta’ din il-gazzetta, ma tikkostitwixxix “prodott difettuż” fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet.

____________

1     ĠU C 209, 22.6.2020.