Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Jannar 2013 – BO vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-27/11) 1

(Servizz pubbliku – Sigurtà soċjali – Teħid ta’ responsabbiltà għall-ispejjeż ta’ trasport marbuta ma’ kura medika – Spejjeż ta’ trasport għal raġunijiet lingwistiċi)

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: BO (Amman, il-Ġordan) (rappreżentanti: L. Levi, M. Vandenbussche u C. Bernard-Glanz, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, aġenti)

Suġġett

Servizz pubbliku - Talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-konvenuta li jirrifjutaw l-awtorizzazzjoni għal benefiċċji mediċi mitluba mir-rikorrent għal ibnu, għal martu u għalih innifsu.

Dispożittiv

Id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea tal-1 ta’ Ġunju 2010 li jirrifjutaw it-teħid ta’ responsabbiltà għall-ispejjeż ta’ trasport u ta’ akkumpanjament tat-tifel ta’ BO huma annullati.Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll l-ispejjeż sostnuti minn BO.