Rikors ippreżentat fl-20 ta' Marzu 2008 - Meister vs L-UASI

(Kawża F-37/08)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Herbert Meister (Alicante, Spanja) (rappreżentant: J.-J. Zimmermann, Rechtsanwalt)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni impliċita ta' l-UASI li jiċħad l-ilment tar-rikorrent fir-rigward ta' allegati żbalji fir-rapporti ta' evalwazzjoni tiegħu.

Talbiet tar-rikorrent:

tannulla d-deċiżjoni impliċita tal-President ta' l-UASI tat-3 ta' Jannar 2008 li jiċħad l-ilment tar-rikorrent tas-27 ta' Awwissu 2007;

tikkundanna lill-UASI sabiex iħallas lir-rikorrent somma (li għandha tiġi stabbilita mill-Qorti tal-Prim'Istanza) bħala dannu morali;

tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni) għall-ispejjeż;

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni tal-President ta' l-UASI, mibgħuta lir-rikorrent fis-7 ta' Jannar 2008, li jiċħad l-ilment tar-rikorrent tas-27 ta' Awwissu 2007.

____________