Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-10 ta' Marzu 2009 - Tsirimiagos vs Il-Kumitat tar-Reġjuni

(Kawża F-100/07)1

(Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Remunerazzjoni - Trasferiment ta' parti mill-emolumenti barra mill-pajjiż tal-impjieg - Artikolu 17(2)(b) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal il-qodma - Kont ta' tfaddil għal xiri ta' proprjetà - Irkupru ta' pagament mhux dovut - Kundizzjonijiet - Irregolarità tat-trasferimenti - Natura evidenti tal-irregolarità)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Kyriakos Tsirimiagos (Kraainem, il-Belġju) (rappreżentant: M.-A. Lucas, avukat)

Konvenut: Il-Kumitat tar-Reġjuni tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Cervilla, aġent, assistit minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tal-21 ta' Novembru 2006 li jiġu rkuprati l-ammonti mħallsa lir-rikorrent skont il-koeffiċjent ta' korrezzjoni fuq il-parti tal-emolumenti tiegħu ttrasferita fi Franza minn April 2004 sa Mejju 2005 minħabba l-allegat non-osservanza tal-kundizzjonijiet meħtieġa għal dan it-trasferiment - Talba għad-danni.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-Unjoni Ewropea tal-21 ta' Novembru 2006, kif emendata mid-deċiżjoni tal-21 ta' Ġunju 2007, hija annullata sa fejn hija tordna l-irkupru tal-ammonti li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-koeffiċjent ta' korrezzjoni għat-trasferimenti mwettqa minn K. Tsirimiagos lejn il-kont ta' tfaddil għal xiri ta' proprjetà tiegħu, minn April 2004 sa Mejju 2005, għal ammont ta' EUR 15 300.

Il-Kumitat tar-Reġjuni tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat jirrimborsa lil K. Tsirimiagos l-ammont, flimkien mal-interessi moratorji, ikkalkolat fuq ir-remunerazzjoni tiegħu, li jikkorrispondi għall-applikazzjoni tal-koeffiċjenti ta' korrezzjoni għat-trasferimenti mwettqa lejn il-kont ta' tfaddil għal xiri ta' proprjetà tiegħu, minn April 2004 sa Mejju 2005, għal ammont ta' EUR 15 300; dawn l-interessi jiddekorru mid-data tal-irkupru u sad-data tal-ħlas effettiv, bir-rata ffissata mill-Bank Ċentrali Eworpew għat-tranżazzjonijiet prinċipali ta' finanzjament mill-ġdid u applikabbli matul il-perijodu kkonċernat, miżjud b'żewġ punti.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

Il-Kumitat tar-Reġjuni tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat isostni, minbarra l-ispejjeż tiegħu, nofs l-ispejjeż tar-rikorrent.

Ir-rikorrent ibati nofs l-ispejjeż tiegħu.

____________

1 - ĠU C 269, 10.11.2007, p. 73.