Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-17 ta’ Ottubru 2013 – BF vs Il-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea

(Kawża F-59/12) 1

(Servizz pubbliku – Nomina – Pożizzjoni vakanti ta’ direttur – Avviż ta’ pożizzjoni vakanti – Att li jikkawża preġudizzju – Assenza – Inammissibbltà)

Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: BF (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: L. Levi, avukat)

Konvenut: Il-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Kennedy u J. Vermer, aġenti, assistiti minn D. Waelbroeck, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-avviż ta’ pożizzjoni vakanti ECA/2011/67 tal-Qorti tal-Awdituri għal-post ta’ direttur tad-direttorat tar-riżorsi umani.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

BF għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti mill-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea.

____________

1 ĠU C 227, 28.07.2012, p. 38.