Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-13/14)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: S. Orlandi, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni li tiċħad it-talba għall-estensjoni tal-awtorizzazzjoni minn qabel mogħtija għar-rimbors tal-ispejjeż ta’ terapija għal pronunzja ta’ bin ir-rikorrent fil-kuntest tat-trattament tal-marda gravi tiegħu, għas-sena 2012/2013.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tas-26 ta’ April 2013 li tiċħad it-talba għall-estensjoni tar-rimbors tal-ispejjeż tat-terapija għal pronunzja ta’ bin ir-rikorrent fil-kuntest tat-trattament tal-marda gravi tiegħu, għas-sena 2012/2013.jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.