Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-13 ta’ Ġunju 2012 – BL vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża F-63/10) 1

“Servizz pubbliku – Ex uffiċjal – Sigurtà soċjali – Inċident – Għeluq tal-proċedura skont l-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal – Applikazzjoni ratione temporis tal-iskeda annessa mal-verżjoni l-ġdida tal-leġiżlazzjoni dwar l-assigurazzjoni tar-riskji ta’ inċident u ta’ mard ikkaġunat mix-xogħol – Tul tal-proċedura”

Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: BL (Brussell, il-Belġju), (rappreżentanti: L. Levi u C. Bernard-Glanz, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tagħlaq il-proċedura miftuħa taħt l-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal wara l-inċident tar-rikorrent tat-13 ta’ Awwissu 2001 li rrikonoxxiet fir-rigward tiegħu rata ta’ invalidità permanenti parzjali ta’ 6 % u l-kundanna tal-konvenuta sabiex tħallas lir-rikorrent ammont għad-danni.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tat-28 ta’ Ottubru 2009 li tagħlaq il-proċedura miftuħa taħt l-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea wara l-inċident tat-13 ta’ Awwissu 2001, li BL safa’ vittma tiegħu, hija annullata.

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tħallas is-somma ta’ EUR 2 500 lil BL.

Il-kumpalment tar-rikors huwa miċħud.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata għall-ispejjeż sostnuti minn BL.

____________

1  ĠU C 206, 25.09.2010, p.29.