Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-11 ta' Diċembru 2008 - Reali vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-136/06)1

(Servizz pubbliku - Membri tal-persunal kuntrattwali - Reklutaġġ - Klassifikazzjoni fi grad - Esperjenza professjonali - Diploma - Ekwivalenza)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Enzo Reali (Firenze, l-Italja) [rappreżentant: S.A. Pappas, avocat]

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: J. Curall u M.Velardo, aġenti]

Suġġett

Servizz Pubbliku - L-annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra (AIPN) tat-30 ta' Awwissu 2006 li tiċħad l-ilment imressaq mir-rikorrent, membru tal-persunal kuntrattwali, sabiex jiġi kklassifikat mill-ġdid mill-grad 14 għall-grad 16 tal-grupp tal-funzjoni IV, minħabba l-valur li għandu jiġi attribwit lid-diploma tiegħu ta' "Laurea in Scienze agrarie" fil-kalkolu tal-esperjenza professjonali tiegħu.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 20, 27.1.2007, p. 38.