Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Okręgowy w Łodzi (il-Polonja) fil-15 ta’ Jannar 2021 – TM vs EJ

(Kawża C-28/21)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Okręgowy w Łodzi

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: TM

Konvenut: EJ

Domanda preliminari

L-espressjoni “[k]ull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri kollha xierqa”, użata fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà tal-Parlament 1 , għandha tiġi interpretata fis-sens li l-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri għandha tipprevedi li, fil-qasam tal-assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili, ir-responsabbiltà tal-kumpannija tal-assigurazzjoni għandha tinkludi l-kopertura totali tad-dannu, inkluż ukoll l-effetti tal-avveniment li jikkawża d-dannu li jieħdu l-forma ta’ lucrum cessans min-naħa tal-parti leża?

____________

1 ĠU 2009, L 263, p. 11.