Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Jannar 2024 – ECE Group vs EUIPO – ECE Piknik Ürünleri Plastik ve Kömür Üretim Ithalat Ihracat (ECE QUALITY OF LIFE)
(Kawża T-581/22) 1
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea ECE QUALITY OF LIFE – Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti ECE – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: ECE Group GmbH & Co. KG (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Kloth, R. Briske, M. Tillwich u P. Funke, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Raponi u V. Ruzek, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: ECE Piknik Ürünleri Plastik ve Kömür Üretim Ithalat Ihracat Anonim Sirketi (Dilovasi, it-Turkija)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob il-bidla tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-4 ta’ Lulju 2022 (Każ R 1384/2021-2).
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud.
ECE Group GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.
____________
1 ĠU C 463, 5.12.2022.