Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Hamburg (il-Ġermanja) fl-1 ta’ Awwissu 2014 – APEX GmbH Internationale Spedition vs Hauptzollamt Hamburg-Stadt

(Kawża C-371/14)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermanja

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: APEX GmbH Internationale Spedition

Konvenut: Hauptzollamt Hamburg-Stadt

Domandi preliminari

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 260/2013 1 , tat-18 ta’ Marzu 2013, li jestendi d-dazju antidumping definittiv impost bir-Regolament (KE) Nru 1458/2007 fuq l-importazzjoni ta’ lajters tal-but, tal-gass u ż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għall-importazzjoni ta’ lajters tal-but, taż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew, li joriġinaw mir-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam, kemm jekk ikun iddikjarat li joriġinaw mir-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam u jekk le (ĠU L 82, p. 10-17, iktar ’il quddiem ir-“Regolament Nru 260/2013”) huwa invalidu, minħabba li, fil-mument tal-adozzjoni tar-Regolament Nru 260/2013, id-dazju antidumping stabbilit bir-Regolament Nru  1458/2007 u estiż permezz tar-Regolament Nru 260/2013, ma kienx iktar fis-seħħ?

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda:

Ir-Regolament Nru 260/13 huwa invalidu minħabba li ma tista’ tiġi kkonstatata l-ebda evażjoni, fis-sens tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament [Nru 1225/2009], tal-miżuri imposti bir-Regolament Nru 1458/2007 2 ?

____________

1 ĠU L 82, p. 10.

2 Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1458/2007, tal-10 ta’ Diċembru 2007, li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjoni ta’ lighters tal-but, tal-gass u ż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u kunsinnati jew joriġinaw mit-Tajwan u fuq l-importazzjoni ta’ ċerti lighters tal-but, taż-żnied, li jistgħu jerġgħu jimtlew, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u kunsinnati jew joriġinaw mit-Tajwan.