Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Jannar 2012 – ZZ vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża F-6/12)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: C. Dony, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma taċċettax it-talba tar-rikorrent fir-rigward tad-deċiżjoni li tirrifjutalu l-għoti tal-allowance ta’ espatrijazzjoni.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tal-11 ta’ Ottubru 2011 tal-Awtorità tal-Ħatra li ma taċċettax it-talba tar-rikorrenti fuq il-bażi tal-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal fir-rigward tad-deċiżjoni tal-24 ta’ Mejju 2011 li tirrifjutalu l-għoti tal-allowance ta’ espatrijazzjoni.

jikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.