Rikors ippreżentat fis-7 ta' Ġunju 2010 - Bermejo Garde vs KESE

(Kawża F-41/10)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Moises Bermejo Garde (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: L. Levi, avukat)

Konvenut: Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Suġġett

Annullament ta' diversi deċiżjonijiet li jtemmu l-funzjonijiet tar-rikorrent bħala Kap ta' Diviżjoni tad-Dipartiment Legali b'effett immedjat, u li jittrasferuh għad-Direttorat tal-Loġistika u li jirrifjutaw it-talba formali tiegħu għal assistenza kif ukoll it-talba għad-danni.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tal-President tal-KESE Nru 88/10 A, tat-3 ta' Marzu 2010 li tiċħad it-talba mressqa mir-rikorrent fis-7 ta' Diċembru 2009 u li tiddeċiedi li jiġi trasferit;

jannulla l-addendum tad-deċiżjoni Nru 88/10 tal-25 ta' Marzu 2010;

jannulla d-deċiżjoni Nru 133/10 A tal-24 ta' Marzu 2010 dwar it-tmiem tal-funzjonijiet tar-rikorrent bħala Kap ta' Diviżjoni tad-Dipartiment Legali b'effett immedjat u dwar it-trasferiment tiegħu bħala Kap ta' Diviżjoni u bil-post tiegħu fi ħdan dipartiment ieħor sa mis-6 ta' April 2010;

jannulla d-deċiżjoni tal-President tal-KESE Nru 184/10 A tat-13 ta' April 2010 li tittrasferixxi lir-rikorrent għad-Direttorat tal-Loġistika, fejn din id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ mid-data tas-6 ta' April 2010;

jalloka d-danni;

jikkundanna lill-KESE għall-ispejjeż.

____________