Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Frar 2012 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-19/12)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tan-nota tal-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni amministrattiva tar-rikorrent u talba għall-kumpens għad-dannu.

Talbiet tar-rikorrent

jiddikjara l-ineżistenza ex lege, jew sussidjarjament l-annullament, tan-nota mingħajr data li għandha, fil-parti ta’ fuq fuq il-lemin tal-ewwel paġna miż-żewġ paġni tagħha r-referenza “Ref. Ares (2011)217354 – 28/02/2011” (sic), li r-rikorrent ma kellux għarfien tagħha, la tad-dettalji u lanqas tal-kontenut tagħha, qabel is-6 ta’ April 2011;

sa fejn ikun opportun, jannulla d-deċiżjoni, irrispettivament mill-forma tagħha, li permezz tagħha ġie miċħud l-ilment tal-15 ta’ Mejju 2011 imressaq mir-rikorrent quddiem il-Kummissjoni fil-konfront tan-nota tat-28 ta’ Frar 2011;

jannulla n-nota tal-14 ta’ Settembru 2011, li r-rikorrent ma rċeviex qabel l-20 ta’ Ottubru 2011;

jikkundanna lill-konvenuta sabiex tikkumpensa d-dannu kkawżat lir-rikorrent min-nota tat-28 ta’ Frar 2011 kif ukoll min-nota tal-14 ta’ Settembru 2011, fl-ammont ta’ EUR 10 000, jew kwalunkwe somma ikbar jew iżgħar li fil-fehma tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tkun ġusta u ekwa;

jikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.