Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-11 taʼ Marzu 2013 – Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-17/12) 1

“Servizz Pubbliku – Artikolu 34(1) u (6) tar-Regoli tal-Proċedura – Rikors ippreżentat permezz ta’ faks fit-terminu għall-preżentata ta’ rikors – Firma bl-idejn tal-avukat differenti minn dik li tidher fuq l-oriġinali tar-rikors mibgħut bil-posta – Tardività tar-rikors – Inammissibbiltà manifesta”

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: Me G. Cipressa, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: Mme C. Berardis-Kayser u M. J. Baquero Cruz, aġenti, assistiti minn Me A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett tal-kawża

Talba sabiex il-Kummissjoni tiġi kkundannata tħallas somma bħala kumpens għad-dannu allegatament imġarrab mir-rikorrent minħabba t-tul eċċessiv tal-proċedura għar-rikonoxximent tal-gravità tal-marda li kien isofri minnha.Dispożittiv tad-digrietIr-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.L. Maruccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż esposti mil-Kummissjoni Ewropea.