Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-28 ta' Ottubru 2010 - Cerafogli vs Il-Bank Ċentrali Ewropew

(Kawża F-84/08)1

(Servizz pubbliku - Persunal tal-BĊE - Rikors għad-danni intiż għall-kumpens tad-dannu illi jirriżulta direttament mill-allegata illegalità tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u tar-regoli applikabbli għall-persunal - Nuqqas ta' kompetenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku - Inammissibbiltà - Eżenzjoni mis-servizz minħabba rappreżentanza tal-persunal - Nuqqas ta' adattament tax-xogħol - Żball)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Maria Concetta Cerafogli (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: F. Malfrère u N. Urban, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett tal-kawża

Il-kundanna tal-BĊE għall-ħlas tad-danni allegatament subiti mir-rikorrenti minħabba diskriminazzjoni marbuta mal-attività sindakali tagħha.

Dispożittiv

Il-Bank Ċentrali Ewropew huwa kkundannat iħallas lil M. C. Cerafogli s-somma ta' EUR 5 000.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

Il-Bank Ċentrali Ewropew huwa kkundannat iħallas, minbarra l-ispejjeż tiegħu, terz tal-ispejjeż sostnuti minn M. C. Cerafogli.

M. C. Cerafogli għandha tbati żewġ terzi tal-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 327, 20.12.2008, p. 43