Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Marzu 2021 – Union Syndicale Solidaires des SDIS de France u DOM/TOM vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-152/21)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Union Syndicale Solidaires des services départementaux d’incendie et de secours (SDIS) de France et DOM/TOM (Nîmes, Franza) (rappreżentant: O. Coudray, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tikkundanna lill-Unjoni Ewropea (il-Kummissjoni Ewropea) tħallasha kumpens ta’ EUR 10 000 bħala kumpens għad-dannu morali li sofriet, flimkien mal-interessi bir-rata ffissata mill-Bank Ċentrali Ewropew għat-tranżazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament, miżjuda bi tliet punti u nofs;

tordna lill-Unjoni Ewropea (Kummissjoni Ewropea) tħallas is-somma ta EUR '6 600 għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha għad-danni, ir-rikorrenti tikkritika lill-Kummissjoni talli ma weġbitx, għal iktar minn sena u nofs, għall-ilment ta’ nuqqas li hija ressqet kontra r-Repubblika Franċiża. Ir-rikorrenti tilmenta wkoll li l-Kummissjoni ma infurmathiex minnufih dwar l-istat tal-eżami li kien sar u li ma ħaditx pożizzjoni dwar l-ilment fi żmien raġonevoli. Skont ir-rikorrenti, il-Kummissjoni għaldaqstant wettqet illegalità li tagħti lok għal responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni.

____________