Rikors ippreżentat fid-19 ta' Ottubru 2009 - Rossi Ferreras vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-85/09)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Francisco Rossi Ferreras (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Frabetti, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Talba għall-annullament tar-rapport tal-iżvilupp tal-karriera tar-rikorrent għall-perijodu mill-1 ta' Lulju 2001 sal-31 ta' Diċembru 2002.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla r-rapport tal-iżvilupp tal-karriera tar-rikorrent għall-perijodu mill-1 ta' Lulju 2001 sal-31 ta' Diċembru 2002;

jikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.

____________