tmilcjeDigriet tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tas-26 ta’ Ottubru 2016 – Edeka-Handelsgesellschaft Hessenring vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T-611/15)

“Rikors għal annullament u għal nuqqas li tittieħed azzjoni – Aċċess għal dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Dokumenti dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE – Rifjut ta’ aċċess – Talba ġdida – Talba għal annullament – Assenza ta’ att konfermattiv – Ammissibbiltà – Talba għal nuqqas li tittieħed azzjoni – Inammissibbiltà”

1.                     Rikors għal annullament – Atti li jistgħu jiġu kkontestati – Kunċett – Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti – Deċiżjoni konfermattiva ta’ rifjut ta’ aċċess għal dokumenti wara talba mressqa f’isem terz, li diġà ġie rrifjutat l-aċċess għal dokumenti msemmija f’din id-deċiżjoni – Nuqqas ta’ provi li jippermettu li r-rikorrent jiġi kklassifikat bħala d-destinatarju tad-deċiżjoni mogħtija fil-kuntest tal-ewwel proċedura – Assenza ta’ natura konfermattiva tal-att ikkontestat – Ammissibbiltà (Artikolu 263 TFUE; Regolament Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, Artikoli 4(1) sa (3) u 7 (ara l-punti 25-29, 35-38, 45-51, 60, 61)

2.                     Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni – Intimazzjoni lill-Istituzzjoni – Assenza – Inammissibbiltà (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 265 TFUE) (ara l-punti 67‑70)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-3 ta’ Settembru 2015, li tirrifjuta lir-rikorrenti l-aċċess għall-verżjoni mhux kunfidenzjali tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-4 ta’ Diċembru 2013, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE [Każ AT.39914 – Euro Interest Rate Derivatives (EIRD) – Proċedura ta’ tranżazzjoni], u għall-werrej tal-fajl amministrattiv ta’ din il-proċedura u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 265 TFUE u intiża sabiex jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni illegalment naqset milli tħejji verżjoni mhux kunfidenzjali tad-Deċiżjoni C(2013) 8512 finali u tal-werrej relatat ma’ din il-proċedura.

Dispożittiv

1)

It-talba għal nuqqas li tittieħed azzjoni hija miċħuda bħala inammissibbli.

2)

Il-kumplament tal-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà huwa miċħud.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.