Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Awwissu 2012 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-89/12)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: S. Rodrigues, A. Blot u A. Tymen, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tikklassifikax mill-ġdid lir-rikorrent.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni adottata fl-10 ta’ Mejju 2012 mid-Direttur tad-Direttorat D fid-DĠ Riżorsi Umani u Siġurtà u kkomunikata lir-rikorrent b’ittra tal-11 ta’ Mejju 2012, li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti tal-25 ta’ Jannar 2012;

sa fejn ikun meħtieġ, jannulla d-deċiżjoni tal-21 ta’ Novembru 2011, li tiċħad it-talba tar-rikorrenti tad-29 ta’ Ġunju 2011;

jordna lill-konvenuta tieħu l-miżuri korrettivi neċessarji sabiex tistabbilixxi mill-ġdid l-osservanza tal-prinċipju tal-ekwivalenza tal-karriera fil-konfront tar-rikorrenti;

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha.