Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-6 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court (Ireland) - L-Irlanda) – Maximillian Schrems vs Data Protection Commissioner

(Kawża C-362/14) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Data personali – Protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ din id-data personali – Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Artikoli 7, 8 u 47 – Direttiva 95/46/KE – Artikoli 25 u 28 – Trasferiment ta’ data personali lejn pajjiżi terzi – Deċiżjoni 2000/520/KE – Trasferiment ta’ data personali lejn l-Istati Uniti – Livell inadegwat ta’ protezzjoni – Validità – Ilment ta’ persuna fiżika li d-data tagħha ġiet ittrasferita mill-Unjoni Ewropea lejn l-Istati Uniti – Setgħat tal-awtoritajiet nazzjonali ta’ superviżjoni)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court (Ireland)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Maximillian Schrems

Konvenut: Data Protection Commissioner

Dispożittiv

L-Artikolu 25(6) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE, tal-24 ta’ Ottubru 1995, dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ Settembru 2003, moqri fid-dawl tal-Artikoli 7, 8 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li deċiżjoni adottata abbażi ta’ din id-dispożizzjoni, bħad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/520/KE, tas-26 ta’ Lulju 2000, skont id-Direttiva 95/46 dwar l-adegwatezza tal-protezzjoni pprovduta mill-prinċipji ta’ privatezza ta’ port salv u li tirrigwarda mistoqsijiet li jsiru ta’ spiss maħruġa mid-Dipartiment tal-Kummerċ tal-USA, li permezz tagħha l-Kummissjoni Ewropea tikkonstata li pajjiż terz jiżgura livell adegwat ta’ protezzjoni, ma tipprekludix lil awtorità ta’ superviżjoni ta’ Stat Membru, fis-sens tal-Artikolu 28 ta’ din id-direttiva, kif emendata, milli teżamina t-talba ta’ persuna dwar il-protezzjoni tad-drittijiet u tal-libertajiet tagħha fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali li tirrigwardaha li tkun ġiet ittrasferita minn Stat Membru lejn dan il-pajjiż terz, meta din il-persuna ssostni li d-dritt u l-prattiki fis-seħħ f’dak l-Istat ma jiżgurawx livell adegwat ta’ protezzjoni.Id-Deċiżjoni 2000/520 hija invalida.

____________

1 ĠU C 351, 6.10.2014.