Rikors ippreżentat fit-13 ta' Settembru 2010 - Cortés del Valle López vs UASI (HIJOPUTA)
(Kawża T-417/10)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: D. Federico Cortés del Valle López (Maliaño, Spanja) (rappreżentant: J. Calderón Chavero, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrent
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-18 ta' Ġunju 2010, fil-Każ R 175/2010-2;
konsegwentement, tannulla d-deċiżjoni tal-eżaminatur tal-UASI, tal-24 ta' Novembru 2009;
tilqa' l-allegazzjonijiet tar-rikorrenti, u
fil-każ li jopponi dan ir-rikors u fil-każ li t-talbiet tiegħu ma jintlaqgħux, tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja li għaliha saret applikazzjoni: trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali "¡Qué buenu ye! HIJOPUTA" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 33, 35 u 39.
Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal trade mark Komunitarja miċħuda.
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud.
Motivi invokati: nuqqas ta' ksur tal-Artikolu 7(1)(f) tar-Regolament Nru 207/2009
1, peress li t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni ma tmurx kontra il-prinċipji aċċettati tal-moralità.
____________1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1)