Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fil-25 ta’ Frar 2021 – BT vs Laudamotion GmbH

(Kawża C-111/21)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: BT

Konvenut: Laudamotion GmbH

Domandi preliminari

Disturb tas-saħħa mentali ta’ passaġġier, ikkawżat minn inċident u li jilħaq livell patoloġiku, jikkostitwixxi “inġurja personali [offiża fuq il-persuna]” fis-sens tal-Artikolu 17(1) tal-Konvenzjoni għall-Unifikazzjoni ta’ Ċerti Regoli għat-Trasport Internazzjonali bl-Ajru, konkluża f’Montreal fit-28 ta’ Mejju 1999, iffirmata mill-Komunità Ewropea fid-9 ta’ Diċembru 1999, u approvata f’isem din tal-aħħar permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/539/KE tal-5 ta’ April 2001 dwar il-konklużjoni tal-Komunità Ewropea tal-Konvenzjoni għall-Unifikazzjoni ta’ Ċerti Regoli għat-Trasport Internazzjoni bl-Ajru (il-Konvenzjoni ta’ Monteal) 1 ?

Jekk l-ewwel domanda tingħata risposta fin-negattiv:

L-Artikolu 29 tal-imsemmija konvenzjoni jipprekludi azzjoni għal kumpens li tista’ teżisti taħt id-dritt nazzjonali applikabbli?

____________

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 5, p. 491.