Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Upper Tribunal (Immigration and Asylum Chamber) Londra (ir-Renju Unit) fl-24 ta’ Ġunju 2014 – Secretary of State for the Home Department vs CS

(Kawża C-304/14)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Upper Tribunal (Immigration and Asylum Chamber) London

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Secretary of State for the Home Department

Konvenut: CS

Domandi preliminari

Id-dritt tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 20 TFUE, jipprekludi Stat Membru milli jkeċċi mit-territorju tiegħu lejn pajjiż li ma huwiex membru tal-Unjoni, ċittadin li ma huwiex membru tal-Unjoni li huwa l-ġenitur u għandu l-kustodja effettiva ta’ wild li huwa ċittadin ta’ dan l-Istat Membru (u, konsegwentement, ċittadin tal-Unjoni), meta dan iċaħħad lill-wild ċittadin tal-Unjoni mit-tgawdija ġenwina tas-sustanza td-drittijiet tiegħu jew tagħha bħala ċittadin tal-Unjoni Ewropea?

Fil-każ ta’ risposta negattiva għad-Domanda (1), f’liema ċirkustanzi tali tkeċċija tkun permessa skont id-dritt tal-Unjoni Ewropea?

Fil-każ ta’ risposta negattiva għad-Domanda (1), sa liema punt, jekk dan huwa l-każ, l-Artikoli 27 u 28 tad-Direttiva 2004/38/KE 1 (id-“Direttiva taċ-Ċittadini) jagħtu informazzjoni għar-risposta għad-Domanda (2)?

____________

1 Id-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri. (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46)