Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos vyriausiojo administracinio teismo (il-Litwanja) fit-13 ta’ Novembru 2020 – UAB “Baltic Master” vs Muitinės departamentas prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos

(Kawża C-599/20)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: UAB “Baltic Master”

Konvenut: Muitinės departamentas prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos

Domandi preliminari

L-Artikolu 29(1)(d) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità 1 u l-Artikolu 143(1)(b), (e) jew (f) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju 2 għandhom jiġu interpretati fis-sens li x-xerrej u l-bejjiegħ jitqiesu li huma persuni relatati fil-każijiet fejn, bħal f’dan il-każ, fl-assenza ta’ dokumenti (data uffiċjali) li jipprovaw sħubija jew kontroll kummerċjali, iċ-ċirkustanzi relatati mal-konklużjoni ta’ tranżazzjonijiet huma, madankollu, fuq il-bażi ta’ provi oġġettivi, karatteristiċi, mhux tat-twettiq ta’ attivitajiet ekonomiċi taħt kundizzjonijiet normali, iżda pjuttost ta’ każijiet li fihom (1) hemm relazzjonijiet kummerċjali partikolarment mill-qrib ibbażati fuq livell għoli ta’ fiduċja reċiproka bejn il-partijiet fit-tranżazzjoni, jew (2) parti waħda fit-tranżazzjoni tikkontrolla lill-oħra jew iż-żewġ partijiet fit-tranżazzjoni huma kkontrollati minn parti terza?

L-Artikolu 31(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi d-determinazzjoni tal-valur doganali abbażi ta’ informazzjoni li tinsab f’database nazzjonali relatata mal-valur doganali wieħed ta’ oġġetti li għandhom l-istess oriġini u li, minkejja li ma humiex simili, fis-sens tal-Artikolu 142(1)(d) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93, jaqgħu taħt l-istess intestatura tat-TARIC?

____________

1     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307.

2     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 6, p. 3.