Rikors ippreżentat fil-5 ta' April 2011 - ZZ vs Il-Parlament

(Kawża F-38/11)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)

Konvenut: il-Parlament Ewropew

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent, li ġie ttrasferit fil-1 ta' Settembru 2009 mill-Qorti ta' Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea lejn il-Parlament Ewropew, ma jiġix promoss fil-proċedura ta' promozzjoni 2009,

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Parlament tal-4 ta' Jannar 2011, li tiċħad l-ilment tar-rikorrent kontra d-deċiżjoni li ma jiġix promoss fil-grad AD7 fil-proċedura ta' promozzjoni 2009;

sa fejn huwa neċessarju, tannulla d-deċiżjoni tal-Parlament li r-rikorrent ma jiġix promoss fil-grad AD7 fil-proċedura ta' promozzjoni 2009;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.

____________