Rikors ippreżentat fl-10 ta’ April 2020 – Chanel vs EUIPO – Innovative Cosmetic Concepts (INOCO)

(Kawża T-196/20)

Lingwa tar-rikors: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Chanel (Neuilly-sur-Seine, Franza) (rappreżentant: J. Passa, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Innovative Cosmetic Concepts LLC (Clifton, New Jersey, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea tat-trade mark verbali INCOCO – Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea Nru 1 189 828

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ Jannar 2020 fil-Każ R 194/2019-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.

____________