Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Ġunju 2012 – ZZ vs SEAE

(Kawża F-64/12)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: M. Casado Garcia-Hirschfeld, avukat)

Konvenut: Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix inkluż fil-lista tal-uffiċjali promossi fil-grad AD 6 skont il-proċedura ta’ promozzjoni 2011 u l-kundanna tal-konvenut sabiex jikkumpensa d-dannu subit.

Talbiet tar-rikorrent

Tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tal-15 ta’ Novembru 2011 li ma tippromwovix ir-rikorrent għall-grad AD 6 għall-promozzjoni 2011;

Tannulla, fejn huwa l-każ, id-deċiżjoni tat-23 ta’ Marzu 2011 li tiċħad l-ilment;

Tikkundanna lis-SEAE iħallas lir-rikorrent is-somma ffissata ex aequo et bono għal EUR 6 000, bħala kumpens għad-danni professjonali u morali tiegħu, flimkien mal-interessi moratorji bir-rata legali mid-data li fiha għandha titħallas;

Tikkundanna lis-SEAE għall-ispejjeż.