Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-21 ta' Frar 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Mercantil de Alicante - Spanja) - Fédération Cynologique Internationale vs Federación Canina Internacional de Perros de Pura Raza

(Kawża C-561/11) 

(Trade marks Komunitarji - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 9(1) - Kunċett ta' 'terzi' - Proprjetarju ta' trade mark Komunitarja sussegwenti)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Mercantil de Alicante

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Fédération Cynologique Internationale

Konvenuta: Federación Canina Internacional de Perros de Pura Raza

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari - Juzgado de lo Mercantil de Alicante - Interpretazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (Verżjoni kodifikata) (ĠU L 78, p. ) - Ksur jew theddida ta' ksur ta' trade mark Komunitarja - Dritt esklużiv mogħti mit-trade mark Komunitarja - Kunċett ta' terzi

Dispożittiv

L-Artikolu 9(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja, għandu jiġi interpretat fis-sens li d-dritt esklużiv tal-proprjetarju ta' trade mark Komunitarja li jipprekludi lil kull terz milli juża fil-ħajja tan-negozju sinjali identiċi jew simili għat-trade mark tiegħu jestendi għat-terz li huwa l-proprjetarju ta' trade mark Komunitarja sussegwenti, mingħajr ma jkun neċessarju li l-invalidità ta' din l-aħħar trade mark tiġi ddikjarata minn qabel.

____________

1 - ĠU C 25, 28.01.2012.