Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Mejju 2017 – adidas v EUIPO – Shoe Branding Europe (Rappreżentazzjoni ta’ tliet strixxi paralleli)

(Kawża T-307/17)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: adidas AG (Herzogenaurach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: I. Fowler u I. Junkar, Solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Shoe Branding Europe BVBA (Oudenaarde, il-Belġju)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni (Rappreżentazzjoni ta’ tliet strixxi paralleli) – Trade mark tal-Unjoni Nru 12 442 166

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Marzu 2017 fil-Każ R 1515/2016-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell, jekk tintervjeni, għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 52(2) moqri flimkien mal-Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009.

____________