Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Jannar 2017 – J.M. E.V. e hijos vs EUIPO – Masi (MASSI)

(Kawża T-2/17)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: J.M. E.V. e hijos, SRL (Granollers, Spanja) (rappreżentanti: M. Ceballos Rodríguez u J. Güell Serra, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Alberto Masi (Milan, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “MASSI” – trade mark tal-UE Nru 414 086

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Ottubru 2016 (irrettifikata b’deċiżjoni tat-3 ta’ Novembru 2016) fil-Każ R 793/2015-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tiċħad l-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità ppreżentata minn Alberto Masi kontra r-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 414086 “MASSI” fil-Klassi 12;

tikkundanna lill-EUIPO, u lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem l-EUIPO fil-każ li tkun parti f’dawn il-proċeduri, għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 56(3) tar-Regolament Nru 207/2009 (res judicata);

Nuqqas ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 53(1)(a) flimkien mal-Artikolu 8(2)(c) tar-Regolament Nru 207/2009.

____________