Appell ippreżentat fil-15 ta’ Frar 2021 minn easyCosmetic Swiss GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Imħallef Uniku) fid-9 ta’ Diċembru 2020 fil-Kawża T-858/19 – easyCosmetic Swiss GmbH vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

(Kawża C-93/21 P)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: easyCosmetic Swiss GmbH (rappreżentanti: D. Terheggen, Rechtsanwalt, S. E. Sullivan, Rechtsanwältin)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, U.W.I. Unternehmensberatungs- und Wirtschaftsinformations GmbH

Permezz ta’ digriet tal-20 ta’ Mejju 2021, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) ċaħdet l-ammissjoni tal-appell u ddeċidiet li l-appellanti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

____________