Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Hamburg (il-Ġermanja) fil-25 ta’ Jannar 2016 – Irene Uhden vs KLM Royal Dutch Airlines NV
(Kawża C-40/16)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landgericht Hamburg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Irene Uhden
Konvenuta: KLM Royal Dutch Airlines NV
Domanda preliminari
It-tieni sentenza tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 1 , għandha tiġi interpretata fis-sens li l-kunċett ta’ “distanza” jkopri biss id-distanza diretta bejn il-post tat-tluq u l-aħħar destinazzjoni, u dan, indipendentement mid-distanza tat-titjira effettivament koperta f’każ speċifiku?
____________1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.