Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (il-Belġju) fid-29 ta’ April 2021 – Secrétariat général de l’Enseignement catholique ASBL (SeGEC), Fédération des Établissements libres subventionnés indépendants ASBL (FELSI), Groupe scolaire Don Bosco à Woluwe-Saint-Lambert ASBL, École fondamentale libre de Chênée ASBL, Collège Saint-Guibert de Gembloux ASBL, Collège Saint-Benoit de Maredsous ASBL, Pouvoir organisateur des Centres PMS libres à Woluwe ASBL vs Institut des Comptes nationaux (ICN), Banque nationale de Belgique

(Kawża C-277/21)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Secrétariat général de l’Enseignement catholique ASBL (SeGEC), Fédération des Établissements libres subventionnés indépendants ASBL (FELSI), Groupe scolaire Don Bosco à Woluwe-Saint-Lambert ASBL, École fondamentale libre de Chênée ASBL, Collège Saint-Guibert de Gembloux ASBL, Collège Saint-Benoit de Maredsous ASBL, Pouvoir organisateur des Centres PMS libres à Woluwe ASBL

Konvenuti: Institut des Comptes nationaux (ICN), Banque nationale de Belgique

Domandi preliminari

L-inċiż (h) tal-punt 20.309 tal-Anness A tar-Regolament Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li leġiżlazzjoni li permezz tagħha amministrazzjoni pubblika kompetenti fil-qasam tal-attività tat-tagħlim:

tapprova l-programm ta’ studji,

tirregola kemm l-istruttura tal-istudji kif ukoll l-attivitajiet prijoritarji u speċifiċi, torganizza kontroll tal-kundizzjonijiet ta’ reġistrazzjoni u ta’ tkeċċija tal-istudenti, deċiżjonijiet tal-kunsilli tal-klassi u tal-parteċipazzjoni finanzjarja, torganizza l-irraggruppar tal-istabbilimenti skolastiċi fi ħdan networks strutturati u teħtieġ it-tfassil ta’ proġetti edukattivi, pedagoġiċi u ta’ stabbiliment kif ukoll is-sottomissjoni ta’ rapport ta’ attivitajiet,

torganizza kontroll u spezzjoni speċjalment dwar il-fergħat mgħallma, il-livell tal-istudji u l-applikazzjoni tal-liġijiet lingwistiċi bl-esklużjoni tal-metodi pedagoġiċi u

timponi għal kull klassi, taqsima, livell jew diviżjonijiet oħrajn numru minimu ta’ studenti, ħlief fil-każ ta’ deroga ministerjali,

għandha titqies bħala “eċċessiva” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, sal-punt li tiddetta jew torbot, effettivament, il-politika ġenerali jew il-programm tad-diviżjonijiet tal-qasam ta’ attività kkonċernat?

Il-punt 20.15 tal-Anness A tal-istess regolament, għandu jiġi interpretat bħala li jinkludi fil-kunċett ta’ leġiżlazzjoni ġenerali regoli speċifiċi li jikkostitwixxu “statut”, applikabbli għall-membri tal-persunal tal-istituzzjonijiet mingħajr skop ta’ lukru attivi fil-qasam tat-tagħlim li huma s-suġġett ta’ finanzjament minn amministrazzjoni pubblika?

____________

1 ĠU 2013, L 174, p. 1