Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy dla Krakowa - Nowej Huty w Krakowie (il-Polonja) fit-18 ta’ Diċembru 2020 – KL vs X sp. z o.o.

(Kawża C-715/20)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Rejonowy dla Krakowa - Nowej Huty w Krakowie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: KL

Konvenut: X sp. z o.o..

Domandi preliminari

L-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP 1 , kif ukoll il-Klawżoli Nru 1 u 4 tal-ftehim qafas hawn fuq imsemmi, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tintroduċi obbligu fuq il-persuna li timpjega li tipprovdi, bil-miktub, il-motivazzjoni għad-deċiżjoni li tittermina l-kuntratt tax-xogħol biss fir-rigward ta’ kuntratti tax-xogħol konklużi għal żmien indeterminat, u għaldaqstant jissuġġettaw għal stħarriġ ġudizzjarju tal-leġittimità tat-terminazzjoni tal-kuntratti konklużi għal żmien indeterminat, filwaqt li ma jipprevedux tali obbligu fuq il-persuna li timpjega (jiġifieri l-indikazzjoni tal-motivazzjoni għat-terminazzjoni) fir-rigward ta’ kuntratti ta’ xogħol konklużi għal żmien determinat (u konsegwentement l-istħarriġ ġudizzjarju jkopri biss il-kwistjoni ta’ jekk it-terminazzjoni hijiex konformi mad-dispożizzjonijiet dwar it-terminazzjoni ta’ kuntratti)?

Il-partijiet f’tilwima quddiem qorti, li fiha hemm persuni privati fuq iż-żewġ naħat tat-tilwima, jistgħu jinvokaw il-Klawżola 4 tal-ftehim qafas hawn fuq imsemmi u l-prinċipju bażiku tad-dritt tal-Unjoni ta’ nondiskriminazzjoni (Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea), u għaldaqstant ir-regoli msemmija hawn fuq għandhom effett orizzontali?

____________

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368