Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Lulju 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża F-103/15)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: C. Falagiani, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewoprea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li żżomm is-somma ta’ EUR 14 207.60 mill-pensjoni tar-rikorrent bħala rimbors ta’ spejjeż relatati ma’ żmien li l-konjuġi tiegħu għamlet fl-isptar li tirriżulta mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku li annullat id-deċiżjoni iniżjali tal-Kummissjoni li tħallas l-ispejjeż kollha tal-isptar meqjusa li huma eċċessivi.

Talbiet

jikkonstata u jiddikjara li l-Kummissjoni Ewropea, bi ksur ta’ dak li ġie deċiż permezz tas-sentenza mogħtija fis-16 ta’ Mejju 2013 minn dan it-Tribunal u għar-raġunijiet li jinsabu kollha fl-espożizzjoni tal-motivi ta’ dan ir-rikors, ħadet illegalment mill-pensjoni tar-rikorrent is-somma ta’ EUR 14 207.60;jikkundanna lill-Kummissjoni tħallsu, bħala ħlas lura ta’ dak li ttieħed indebitament, is-somma ta’ EUR 12 407.60 euros, flimkien mal-interessi moratorji;jikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea tħallas l-ispejjeż kollha marbuta ma’ din il-proċedura.

____________