Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fid-9 ta’ Marzu 2021 – RW vs Österreichische Post AG

(Kawża C-154/21)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: RW

Konvenut: Österreichische Post AG

Domanda preliminari

L-Artikolu 15(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 2016/679 tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il- moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data1 għandu jiġi interpretat fis-sens li d-dritt ta’ aċċess huwa limitat għall-informazzjoni dwar kategoriji ta’ destinatarji, jekk id-destinatarji konkreti ma jkunux għadhom ġew stabbiliti fil-każ ta’ żvelar previst, iżda fejn id-dritt ta’ aċċess għandu imperattivament jestendi għad-destinatarji ta’ dan l-iżvelar, meta d-data tkun diġà ġiet żvelata?

____________

1     ĠU 2016, L 119, p.1, rettifika fil-ĠU 2018, L 127, p. 2.