Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal d’arrondissement (il-Lussemburgu) fil-21 ta’ Mejju 2021 – G-Finance SARL, DV vs Luxembourg Business Registers

(Kawża C-317/21)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal d’arrondissement

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: G-Finance SARL, DV

Konvenut: Luxembourg Business Registers

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva (UE) 2018/843 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 li temenda d-Direttiva (UE) 2015/849 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, u li temenda d-Direttivi 2009/138/KE u 2013/36/UE 1 , u b’mod partikolari l-Artikolu 1(15)(c) tagħha li jemenda l-Artikolu 30(5) tad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, kif emendata bl-imsemmija Direttiva (UE) 2018/843, sa fejn dawn jagħtu dritt ta’ aċċess għall-informazzjoni dwar il-benefiċjarji effettivi tal-kumpanniji u tal-entitajiet ġuridiċi l-oħra lil “kwalunkwe membru tal-pubbliku ġenerali”,

huma invalidi għaliex:

jiksru l-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif sanċit b’mod partikolari mill-Artikolu 5(4) TUE? u/jew

jiskru l-Artikolu 16 (il-libertà ta’ intrapriża) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea? u/jew

jiksru l-Artikolu 20 (l-ugwaljanza f’għajnejn il-liġi) u l-Artikolu 21 (nondiskriminazzjoni) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea? u/jew

jiksru l-prinċipju ġenerali tad-dritt Ewropew ta’ protezzjoni tas-sigriet tan-negozju?

____________

1 ĠU 2018, L 156, p. 43