Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ġunju 2013 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-62/13)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: L. Mansullo, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Annullament taż-żamma ta’ EUR 500 u ta’ ħames darbiet is-somma ta’ EUR 504.67 mill-allowance tal-invalidità tar-rikorrent għax-xhur ta’ Lulju sa Diċembru 2012.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni, inkluża fir-rendikont tal-pensjoni tar-rikorrent għax-xahar ta’ Lulju 2012, li jinżammu EUR 500 mill-allowance tal-invalidità li għaliha r-rikorrent kellu dritt għax-xahar iċċitat iktar ’il fuq;

jannulla d-deċiżjonijiet, inklużi fir-rendikonti tal-pensjoni tar-rikorrent għax-xhur ta’ Awwissu sa Diċembru 2012, li jinżammu EUR 504.67 mill-allowance tal-invalidità li għaliha r-rikorrent kellu dritt għax-xhur iċċitati iktar ’il fuq;

sa fejn ikun meħtieġ, jannulla d-deċiżjonijiet, irrispettivament mill-forma tagħhom, li jiċħdu l-ilmenti tal-15 ta’ Ottubru 2012 u tal-15 ta’ Jannar 2013, imressqa kontra d-deċiżjonijiet iċċitati iktar ’il fuq;

jannulla n-nota tas-6 ta’ Frar 2013, kif ukoll id-dokument anness magħha u l-kopja tan-nota tat-3 ta’ Awwissu 2012, li allegatament ħarġet mill-Uffiċċju tal-Amministrazzjoni u l-Pagament tal-Intitolamenti Individwali tal-Kummissjoni;jikkundanna lill-Kummissjoni tirrimborsa lir-rikorrent is-somom li ġejjin: (1) EUR 500 flimkien mal-interessi kkalkolati fuq din is-somma bir-rata ta’ 10 % fis-sena, b’kapitalizzazzjoni annwali, mill-1 ta’ Awwissu 2012 sal-jum li fih isir il-ħlas effettiv ; (2) EUR 504.67 flimkien mal-interessi kkalkolati fuq din is-somma bir-rata ta’ 10 % fis-sena, b’kapitalizzazzjoni annwali, mill-1 ta’ Settembru 2012 sal-jum li fih isir il-ħlas effettiv ; (3) EUR 504.67 flimkien mal-interessi kkalkolati fuq din is-somma bir-rata ta’ 10 % fis-sena, b’kapitalizzazzjoni annwali, mill-1 ta’ Ottubru 2012 sal-jum li fih isir il-ħlas effettiv ; (4) EUR 504.67 flimkien mal-interessi kkalkolati fuq din is-somma bir-rata ta’ 10 % fis-sena, b’kapitalizzazzjoni annwali, mill-1 ta’ No

vembru 2012 sal-jum li fih isir il-ħlas effettiv ; (5) EUR 504.67 flimkien mal-interessi kkalkolati fuq din is-somma bir-rata ta’ 10 % fis-sena, b’kapitalizzazzjoni annwali, mill-1 ta’ Diċembru 2012 sal-jum li fih isir il-ħlas effettiv ; (6) EUR 504.67 flimkien mal-interessi kkalkolati fuq din is-somma bir-rata ta’ 10 % fis-sena, b’kapitalizzazzjoni annwali, mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-jum li fih isir il-ħlas effettiv ;jikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.