Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall) fl-1 ta’ April 2021 – Autoridade Tributária e Aduaneira vs DSR – Montagem e Manutenção de Ascensores e Escadas Rolantes SA

(Kawża C-218/21)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Supremo Tribunal Administrativo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Autoridade Tributária e Aduaneira.

Konvenut: DSR – Montagem e Manutenção de Ascensores e Escadas Rolantes SA

Domandi preliminari

Applikazzjoni tal-punt 2.27 tal-Lista I annessa mal-Código IVA (il-Kodiċi tal-VAT) fis-sens li tinkludi t-tiswija u l-manutenzjoni tal-liftijiet mwettqa mill-impriża msemmija fil-fatti […] b’rata mnaqqsa ta’ VAT, hija konformi mad-dritt tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari mal-Anness IV tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud 1 ?

Applikazzjoni ta’ din l-istess dispożizzjoni tal-Kodiċi tal-VAT li tieħu wkoll inkunsiderazzjoni d-dispożizzjonijiet previsti barra minn hekk fid-dritt nazzjonali – l-Artikoli 1207, 204(1)(e) u (3) u 1421(2)(b) tal-Kodiċi Ċivili (regoli li fihom huma previsti l-kunċetti ta’ kuntratt għal xogħlijiet, ta’ proprjetà immobbli u l-preżunzjoni li l-lift jitqies bħala parti komuni tal-binja taħt sistema ta’ koproprjetà) hija konformi mad-dritt tal-Unjoni, b’mod speċifiku mal-Anness IV tad-Direttiva 2006/112?

____________

1     ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.