Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Frar 2024 – PU vs L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew
(Kawża T-442/22) 1
(Rikors għal annullament u għad-danni – Dritt istituzzjonali – Regolament (UE) 2017/1939 – Nomina tal-Prosekuturi Delegati Ewropej tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew – Rifjut ta’ nomina ta’ wieħed mill-kandidati nnominati mill-[kunfidenzjali] – Terminu għall-preżentata ta’ rikors – Att konfermattiv – Nuqqas ta’ inċidenza diretta – Inammissibbiltà – Rabta kawżali)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrent: PU (rappreżentanti: P. Yatagantzidis u D. Tsarapatsanis, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (rappreżentanti: L. De Matteis, F.-R. Radu u C. Charalambous, aġenti)
Suġġett
Permezz tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jitlob, minn naħa, abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, essenzjalment, l-annullament, sa fejn jikkonċernawh, tad-Deċiżjoni tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew Nru 90/2021 tat-8 [kunfidenzjali], dwar iċ-ċaħda tal-kandidatura tiegħu kif ukoll dik ta’ kandidat ieħor, A, għall-funzjonijiet ta’ Prosekuturi Delegati Ewropej fi [kunfidenzjali], tad-Deċiżjoni tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew Nru 15/2022 tat-23 [kunfidenzjali], li tiċħad l-ilment imressqa minnu u minn A kontra d-deċiżjoni kkontestata tat-8 [kunfidenzjali] u tad-Deċiżjoni tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew Nru 21/2022 tat-30 [kunfidenzjali], dwar in-nomina ta’ żewġ Prosekuturi Delegati Ewropej ta’ [kunfidenzjali] u, min-naħa l-oħra, abbażi tal-Artikolu 268 TFUE, il-kumpens għad-danni li huwa allegatament sostna.
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud.
PU huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew.
____________
1 ĠU C 380, 3.10.2022