Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-cour d’appel de Liège (il-Belġju) fit-28 ta’ Jannar 2021 – Pharmacie populaire – La Sauvegarde SCRL vs L-Istat Belġjan – SPF Finances

(Kawża C-52/21)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel de Liège

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Pharmacie populaire – La Sauvegarde SCRL

Konvenut: L-Istat Belġjan – SPF Finances

Domanda preliminari

L-Artikolu 56 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni, jew prassi nazzjonali, li skontha il-kumpanniji stabbiliti fi Stat Membru wieħed li jagħmlu użu minn servizzi ta’ kumpanniji stabbiliti fi Stat Membru ieħor huma obbligati, sabiex jevitaw l-istabbiliment ta’ kontribuzzjoni għat-taxxa fuq il-kumpanniji ekwivalenti għal 100% jew għal 50% tal-ammonti ffatturati minn dawn tal-aħħar, li jistabbilixxu u jittrażmettu lill-awtorità fiskali irċevuti u dikjarazzjonijiet sommarji ta’ dawn l-ispejjeż filwaqt li, jekk dawn jagħmlu użu mis-servizzi ta’ kumpanniji residenti, dawn ma jiġux suġġetti għal tali obbligu sabiex jevitaw l-istabbiliment tal-imsemmija kontribuzzjoni?

____________