Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-12 ta' Mejju 2010 - Peláez Jimeno vs Il-Parlament

(Kawża F-13/09) 1

"Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Ilment imressaq qabel - Terminu għal-preżentazzjoni ta' lment - Dewmien - Prova - Ex membru tal-persunal temporanju - Ħatra bħala uffiċjal - Artikolu 5(4) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal - Trattament ugwali"

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Peláez Jimeno (Relegem-Asse, il-Belġju) (rappreżentant: M. Casado García-Hirschfeld, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: inizjalment C. Burgos u K. Zejdová, sussegwentement K. Zejdová u S. Seyr, aġenti)

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li tikklassifika lir-rikorrenti bħala uffiċjal bi prova fi grad u skala inferjuri minn dawk li hija kellha bħala membru tal-persunal temporanju.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

J. Peláez Jimeno hija kkundannata għall-ispejjez kollha.

____________

1 - ĠU C 90, 18.04.2009, p. 40.