Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-11 ta' Ġunju 2009 - Ketselidou vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-81/08)1

("Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Rikors - Sentenza mogħtija minn qorti Komunitarja - Fatt ġdid sostanzjali - Assenza")

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Zoe Ketselidou (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: S. A. Pappas, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: D. Martin u K. Herrmann, aġenti)

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni impliċita ta' ċaħda tat-talba mressqa mir-rikorrenti fir-rigward tar-reviżjoni tal-kalkolu ta' snin tas-servizz pensjonabbli li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni meta jsir it-trasferiment tad-drittijiet għal pensjoni miksuba fil-Greċja lejn l-iskema Komunitarja.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat.

Z. Ketselidou hija kkundannata għall-ispejjeż kollha.

____________

1 - ĠU C 313, 06.12.2008, p. 59