Rikors ippreżentat fl-14 ta' Awissu 2009 - skytron energy vs UASI (arraybox)
(Kawża T-321/09)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: skytron energy GmbH & Co. KG (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: H.-J. Omsels, Rechtsanwalt)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern tal-4 ta' Ġunju 2009 fil-Każ R 1680/2008-1;
sussidjarjament, tirrinvija l-każ lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern;
tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali "arraybox" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 7, 37, 38 u 42 (Applikazzjoni Nru 6 710 479)
Deċiżjoni tal-eżaminatur: Reġistrazzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud
Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament Nru 207/2009 peress li s-sinjal li għalih saret l-applikazzjoni mhuwiex deskrittiv u għandu l-karattru distintiv meħtieġ.
____________1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta' Frar 2009 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 2009 L 78 p. 1)