Rikors ippreżentat fit-3 ta' Ottubru 2008 - Studio Vacanze vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-436/08)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Studio Vacanze (Budoni, Italia) (rappreżentanti: M. Cannata, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tar-rikorrenti
Prinċipalment:
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tat-2 ta' Lulju 2008.
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-kawża.
Sussidjarjament:
tannulla l-Artikolu 2(2) tad-deċiżjoni kkontestata fil-parti fejn timponi l-ħlas lura tal-għajnuna li ġiet iddikjarata bħala inkompatibbli, miżjuda bl-interessi, li jibdew jgħoddu mid-data li fiha l-imsemmija ammonti tqiegħdu fid-dispożizzjoni tal-benefiċjarji sal-ħlas lura effettiv tagħhom.
Motivi u argumenti prinċipali
Id-deċiżjoni kkontestata f'din il-kawża hija l-istess waħda fil-kawżi T-394/08 Regione Sardegna vs Il-Kummissjoni u T-408/08 S.F. Turistico Inmobiliare vs Il-Kunsill u l-Kummissjoni.
Insostenn tal-allegazzjonijiet tagħħa r-rikorrenti ssostni:
- Il-ksur tal-Artikolu 16 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta' Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE,
2 sa fejn din id-dispożizzjoni tippermetti l-bidu tal-proċedura ta' investigazzjoni biss fil-preżenza ta' każ ta' "użu ħażin ta' għajnuna" u mhux għall-"ħolqien ta' għajnuna illegali". Minn dan jirriżulta, skond ir-rikorrenti, li l-proċedura għal investigazzjoni formali hija invalida fl-intier tagħha.
- In-nuqqas ta' motivazzjoni suffiċjenti dwar l-emenda tal-għan tal-proċedura mibdija skont l-applikazzjoni abbużiva tas-sistema ta' għajnuna Nru 278/99, u tal-"estensjoni" li wasslet għall-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata.
- Il-ksur tal-Artikolu 88(2) KE, fir-rigward tad-dikjarazzjoni fil-punt 74 tad-deċiżjoni, dwar l-applikazzjoni illegali tal-għajnuna in kwistjoni, u li ma taqax taħt il-kamp ta' applikazzjoni tiegħu.
- Il-ksur tal-prinċipju ta' trasparenza.
- In-nuqqas ta' motivazzjoni suffiċjenti fir-rigward tal-prinċipju ta' tul ta' żmien raġjonevoli tal-fażi tal-proċedura ta' investigazzjoni formali.
- Id-deċiżjoni dwar il-ħlas lura tal-għajnuna diġà mħallsa kienet tobbliga lill-Kummissjoni li tagħti raġunijiet għal dan il-punt li huwa ta' importanza partikolari anki mil-lat prinċipju tal-aspettattivi leġittimi tat-terz kif ukoll tal-estenzjoni illegali tat-tul tal-proċedura.
- Il-ksur tal-prinċipju "de minimis" stabbilit mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 69/2001 tat-12 ta' Jannar 2001 dwar it-tħaddim ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE dwar għajnuna de minimis.
____________1 - GU L 83, 27.3.1999, p. 1.2 - ĠU L 10, 13.1.2001, p. 30.